Cristiano Ronaldo aċċetta li jħallas €18.8 miljun dwar evazjoni ta’ taxxa.
Miġemgħa kbira ta’ nies stenniet barra l-bini tal-Qorti f’Madrid wara li l-imħallef irrifjuta r-rikjesta ta’ Ronaldo li jidħol fil-bini tal-Qorti bil-karozza tiegħu biex jevita l-kameras.
Il-ftehim jinkludi 23-il xhar ħabs però fi Spanja, il-priġunieri ma jiskontawx piena ta’ ħabs jekk din tkun inqas minn sentejn.
Minħabba li r-reat ta’ Ronaldo ma jinvolvix vjolenza, huwa mhux se jqatta’ l-piena li ngħatatlu. Huwa se jkun fuq probation minflok.
L-avukati tiegħu qalu li minħabba li hu plejer ta’ fama mondjali, kien neċessarju li ma jidħolx mid-daħla prinċipali tal-Qorti minħabba s-sigurtà tiegħu.