L-ex plejer ta’ Barcelona, Milan u PSG, Ronaldinho mhux se jingħaqad mal-klabb Malti ta’ Birkirkara. Dan intqal mill-aġent tal-plejer Brażiljan, fi stqarrija mill-Avukat tal-plejer, Dr Jean Paul Sammut tard il-Ħamis filgħaxija.
Fil-jum tal-Ħamis, il-midja lokali rrapurtat li r-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja lura fl-2002 kien se jingħaqad ma’ tim Malti.
Minkejja li veru, it-tim Kalkariż ura l-interess biex il-plejer Brażiljan jilgħab fil-Kampjonat Malti, dan l-interess kien miċħud mal-ewwel.
Fl-istqarrija, l-Avukat Dr Jean Paul Sammut, li qed jippreżenta lill-plejer Brażiljan, qal li kull aħbar li l-plejer Brażiljan se jingħaqad mal-klabb Malti, hija waħda falza.
B’hekk ifisser, li t-tama kollha li kien hawn matul il-jum tal-Ħamis, issa taret mar-riħ.