Ronald Vassallo se jassumi l-kariga ta’ Direttur tal-Komunikazzjoni ġdid tal-Partit Laburista. Vassallo għandu 23 sena u huwa kwalifikat b’Masters fil-Politika, Liġi u Ekonomija Ewropea.
Huwa se jkun qed jokkupa din il-kariga wara li fl-aħħar sena u nofs serva bħala Koordinatur tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista jixtieq jirringrazzja lil Aleander Balzan għall-ħidma tiegħu fil-kariga ta’ Direttur tal-Komunikazzjoni fl-aħħar snin.
Il-Partit Laburista huwa xhieda ta’ tiġdid kontinwu u ta’ kontinwazzjoni ta’ bidla ġenerazzjonali fi ħdanu, dejjem lest għal aktar sfidi u suċċessi.