Dr Ramona Attard ħabbret fuq il-midja soċjali li mhux se terġa’ tikkontesta fl-elezzjonijiet interni tal-Partit Laburista f’Settembru li ġej, fejn iridu jinħatru l-membri tal-amministrazzjoni ċentrali.
F’filmat, Attard spjegat kif, matul l-aħħar erba’ snin, ħassitha li kienet ta’ sostenn importanti, speċjalment meta ġiet imsejħa biex isservi bħala President tal-Partit taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela.
Hi tenniet li, għalkemm l-esperjenza kienet mimlija sfidi, il-fatt li hi omm ġab miegħu vantaġġi fil-politika u qalet li ħassitha ferm apprezzata.
Il-Prim Ministru rringrazzja lil Dr Attard personalment għall-kontribut tagħha, fejn irrimarka li kienet dejjem vuċi progressiva u ħielsa, li ħadmet bla waqfien għall-ġid ta’ dawk l-aktar fil-bżonn.