Is-sid tat-tim ta’ Chelsea Roman Abramovich flimkien ma’ tliet negozjaturi Ukreni tal-paċi qed isofru minn sintomi ta’ suspettat attakk kimiku.
Fil-midja internazzjonali qed jiġi rrapurtat li dawn il-persuni, li bħalissa qed jivvjaġġaw ħafna bejn Moska u Kiev qed isofru minn problemi tal-ġilda f’wiċċhom u kif ukoll minn ugieħ kbir fl-għajnejn.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Madankollu ġie kkonfermat li l-ebda persuna minnhom ma tinsab fil-periklu li tmut kawża tal-kimika.
Abramovich huwa imprenditur biljunarju Russu meqjus li huwa persuna viċin tal-President Russu Vladimir Putin. Huwa qed ikun parti min-negozjati favur il-paċi fir-reġjun.