Rollercoaster fil-Ġappun, magħruf bħala l-aktar mgħaġġel biex jaċċellera l-veloċità tiegħu fid-dinja, qiegħed taħt investigazzjoni u ngħalaq għal perjodu indefinit.
Dan wara diversi rapporti ta’ nies li sofrew ġrieħi serji wara li għamlu użu minnu.
Intqal li erba’ persuni sofrew minn ksur fl-għadam wara li wżaw ir-rollercoaster Do-Dodonpa bejn Diċembru 2020 u Awwissu tal-2021.
Oħrajn ipportaw ġrieħi f’għonqhom, sidirhom u għadam oħra.
Ir-rollercoater ngħalaq bħala prekawzjoni iżda l-amministrazzjoni qalu li r-relazzjoni bejn il-ġrieħi u l-makkinarju tar-rollercoater għadha ma ġietx konfermata.