Miet l-eks kantant Rolf Harris, fl-età ta’ 93 sena.
L-istilla fid-dinja tal-ispettaklu ma kienx nieqes mill-kontroversja. Infatti, huwa kien miżmum il-ħabs dwar sensiela ta’ atti indiċenti fuq bniet. Harris instab ħati ta’ sensiela ta’ dawn l-atti bejn l-1968 u l-1986 wara proċess fl-2014 – u dam il-ħabs għal ħames snin u disa’ xhur. Huwa nħeles fl-2017, iżda qatt ma skuża ruħu mal-vittmi tiegħu.
Qabel ir-reati tiegħu ħarġu fid-dawl, Harris kien famuż fid-dinja tad-divertiment fir-Renju Unit. Skont iċ-ċertifikat tal-mewt tiegħu huwa miet b’kanċer fl-għonq u minħabba l-fraġilità tax-xjuħija.
Huwa miet fid-dar tiegħu f’Bray, Berkshire, fl-10 ta’ Mejju. Madanakollu, il-familja ħarġet stqarrija ftit tal-ħin ilu, li fiha ikkomunikat: “Dan biex jikkonferma li Rolf Harris reċentement miet b’mod paċifiku mdawwar mill-familja u l-ħbieb u issa ġie mistrieħ.