Minn nhar it-Tnejn il-Maltin se jibdew igawdu mill-irħas prezz tal-gass fl-aħħar ħames snin. Dan meta jerġa’ jidħol fis-seħħ roħs ieħor li se jara ċilindru tal-gass jinżel għal €14.50 minn €15.
Fi stqarrija tal-Gvern intqal li dan ir-roħs se jibqa’ stabbli fuq medda ta’ diversi xhur bħala parti mill-politika ta’ stabbilità fuq il-prezzijiet tal-gass mill-Gvern.
Il-Gvern, tul dawn it-tliet snin ħadem biex il-prezzijiet tal-gass ukoll ikunu stabbli. Fl-istqarrija ntqal li permezz tal-politika ta’ stabbilità kemm il-familji kif ukoll in-negozji qed ikollhom l-opportunità li jippjanaw u jqassmu l-ispiża tagħhom fuq medda ta’ xhur. Dan kuntrarjament għal dak li kien jiġri fi żmien Gvernijiet tal-Partit Nazzjonalista meta kull l-aħħar tax-xahar kien jinbidel kemm il-prezz tal-fuels kif ukoll il-prezz tal-gass.