Roħs fuq iċ-ċikkulata Nutella wassal għal xeni ta’ vjolenza f’bosta supermarkits madwar Franza dan hekk kif ix-xerrejja qed jiġġieldu biex jibbenefikaw minn dan l-iskont.
Is-supermarkits Intermarché qed joffru roħs ta’ 70% fuq bottijiet tan-Nutella, fejn dan ifisser li minflok jiswa €4.50, bott Nutella niżel għal €1.40.Iżda minflok kulħadd mar jixtri bil-kelma t-tajba, kellhom imorru l-Pulizija hekk kif bosta persuni spiċċaw jiġġieldu dwar min se jkun qed jieħu l-aħħar bottijiet ta’ din l-imbierka ċikkulata.
Xerrej li nzerta fil-ħanut spjega kif l-anqas l-annimali ma jagħmlu hekk għall-ikel u li kienet xi ħaġa tal-iskantament li persuni li sippost huma ċivili bdew jiġġieldu fuq xi ħaġa tant sempliċi.