Il-midfielder Malti Roderick Briffa mistenni li jsir l-aktar plejer Malti li qatt lagħab f’kompetizzjonijiet Ewropej hekk kif kif illejla Gżira United jilgħabu t-tieni leg tal-ewwel rawnd tal-UEFA Ewropa League kontra Radnicki Nis tas-Serbja. Briffa lagħab għal 27 darba f’kompetizzjoni Ewropea ma’ Valletta FC, 10 darbiet ma’ Birkirkara FC u 4 darbiet ma’ Gżira United, li tinkludi l-logħba tal-lejla. B’kollox jkun lagħab għal xejn anqas minn 41 darba f’kompetizzjonijet Ewropej.
Wara Briffa nsibu lill-assistent kowċ ta’ Valletta FC Gilbert Aguis li lagħab ukoll għal 40 darba filwaqt li l-eks difensur ta’ Valletta FC u Sliema Wanderers Kris Laferla lagħab 36 logħba.
Żewġ plejers oħra Maltin li għadhom jilgħabu u għandhom numru kbir ta’ preżenzi f’kompetizzjonijiet Ewropej huma d-difensur ta’ Valletta FC Joseph Zerafa b’32 preżenza (26 ma’ Birkirkara FC u sitta ma’ Valletta FC) u Andre’ Schembri li s’issa lagħab b’kollox 30 darba ma’ ħames klabbs differenti, fosthom tlett klabbs barranin.