Roddy Williams, ir-raġel ta’ Natalie Williams li allegatament qafilha f’kamra fil-blat fil-Kalkara għal tlett ijiem sħaħ mingħajr ikel, se jkun qed jitressaq il-Qorti aktar tard illum mixli b’attentat ta’ qtil.
Natalie Williams, ta’ 46 sena, instabet f’kamra mħaffra fil-blat fil-limiti tar-Rinella fil-Kalkara wara li kienet ilha rrapportata nieqsa tlett ijiem.
Hi nstabet mitlufa minn sensiha f’post imwarrab, mudlam u bil-ġrieden wara li allegatament żewġha, Roddy, ammetta li kien hu li qafilha hemm isfel wara li twaqqaf waqt li kien involut f’argument mal-qraba tagħha.
Intant meta wieħed iħares lejn il-profil personali ta’ Roddy Williams, f’ritratt minnhom, li fih jidher li għandu żewġ armi tan-nar f’idu, jidher jikkummenta u jgħid:
“Jien ninsab lest għal kull min ikun. Jaqbillu ma jdejjaqnix speċjalment dawk li jippruvaw jidħlu bejni u bejn il-maħbuba tiegħi. Jafu min huma.”