Wara Għawdex-Malta, South-Port, u North-Port, imiss issa Rock to Rock.
Għar-raba’ edizzjoni tal-għawma annwali ta’ mart il-Prim Ministru u Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold b’risq l-iSpecial Olympics, Michelle Muscat se tgħum 12-il kilometru mill-Qawra sal-Bajja tal-Għadira.
F’konferenza tal-aħbarijiet biswit l-Akkwarju Nazzjonali, intqal li l-preparamenti għall-għawma – li se ssir fis-7 ta’ Lulju li ġej, ilhom għaddejjin sena sħiħa, b’determinazzjoni u impenn sabiex mill-attività jibbenefikaw mal-50 atleta tal-iSpecial Olympics li f’Marzu li ġej se jikkompetu f’isem pajjiżna f’Abu Dhabi.
Minbarra li Rock to Rock tissimbolizza l-blat li se tgħum madwarhom is-Sinjura Muscat, timmarka wkoll ir-Rock Concert li se jsir fuq il-bajja tal-Għadira ma’ tmiem l-għawma.