‘Rock for Richmond’ se jerġa’ lura għall-ħames edizzjoni tiegħu. Dan il-kunċert, li għandu l-għan li jiġbor fondi b’risq il-Fondazzjoni Richmond, se jsir is-Sibt 17 t’Awwissu bis-sehem ta’ numru ta’ artisti lokali ewlenin.
Il-Fondazzjoni Richmond ilha sservi f’pajjiżna għal aktar minn 30 sena favur pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali.
Fl-edizzjoni ta’ din is-sena se jieħdu sehem il-bands lokali Brodu, Dolls for Idols, Bark Bark Disco u Stephanie Sant, waqt li jagħlaq is-serata Espionage DJ.
Wara s-suċċess tal-edizzjonijiet preċedenti, ‘Rock for Richmond’ din is-sena se jsir fl-Amfiteatru Grieg fil-Ġnien tal-Għarusa tal-Mosta mis-7:30 ta’ filgħaxija ’l quddiem fejn kulħadd mistieden jattendi.
Biljetti jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit: richmond.org.mt