F’Hong Kong, innovazzjoni ġdida qed tiġbor l-iskart li jitħalla fix-xmajjar, u postijiet oħra fejn ikun hemm l-ilma.
Dan it-tip ta’ catamaran, li huwa twil tliet metri, jiġbor fost l-oħrajn, fliexken tal-ilma, u skart ieħor li jinġema’.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa mgħammar ukoll b’kamera, li tiġbed il-filmati, qabel jiġi ddepożitat l-iskart.
Madwar 33 biljun tunnellata ta’ plastik, jispiċċa skart fil-baħar ta’ kull sena – daqs li kieku bniedem jarmi żewġ trakkijiet tal-iskart fil-baħar, kull minuta – skont għaqda ambjentali, bl-isem ta’ Oceana.