L-eks plejer u stilla tal-futbol internazzjonali, Robinho, ġie arrestat fl-appartament tiegħu f’Santos, sabiex jiskonta piena ta’ 9 snin priġunerija, wara li sentejn ilu kien instab ħati mill-Qorti Taljana, li kien stupra b’mod kollettic mara Albaniża f’diskoteka f’Milan, fl-2013.
Il-Gvern Taljan, kien talab biex il-Braziljan, li għandu 40 sena, jiskonta s-sentenza tiegħu fil-Brażil, wara li naqas milli jestradih.
Il-Qorti Brażiljana, ikkonfermat id-deċiżjoni u ddeċidiet li għandu jiskonta żmienu l-ħabs minflok f’daru.
Din il-ġimgħa, Imħallef tal-Qorti Suprema ċaħad talba biex titwaqqaf id-detenzjoni tiegħu.