Kmieni s-Sibt filgħodu l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola marret tivvota fil-votazzjoni bikrija għall-elezzjoni ġenerali.
Filfatt kienet fost tal-ewwel li vvutat fin-Naxxar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’kummenti li tat lill-midja Roberta Metsola qalet li għamlet dmirha bħala ċittadina u vvutat.
Hi rrimarkat li dan huwa proċess demokratiku u appellat biex kull min huwa eliġibbli biex jivvota, jagħmel dan u jagħżel lir-rappreżentanti tiegħu fil-Parlament.
Metsola għamlet referenza wkoll għat-traġedja Ewropea li għaddejja bħalissa fl-Ukrajna u hawnhekk sostniet li huma f’dawn il-mumenti li joħroġ aktar fid-deher kemm dan il-proċess demokratiku rridu nissieltu għalih ta’ kuljum.