Il-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista Roberta Metsola, ħasset li anki meta d-dinja qed tiġġieled il-pandemija tal-COVID-19, titkellem kontra Malta.
Dan meta fil-kumitat LIBE – li fih isiru ħafna diskussjonijiet dwar is-saltna tad-dritt – ħasset li kellha ssemi l-programm ta’ ċittadinanza b’investiment.
Programm li fl-aħħar snin f’pajjiżna, il-fondi minnu ntużaw għal bosta investimenti bżonnjużi fosthom fil-qasam tas-saħħa, u li issa fi żmien il-pandemija, qed jintużaw għal proġetti importanti fis-settur tal-edukazzjoni u fid-diviżjoni tat-tindif, fost l-oħrajn.
“We are also pleased that the Commission has written to those Member States that are selling passports for cash and last year the Commission noted the serious risks of such schemes in terms of money laundering and corruption.” Qalet Metsola.
U minkejja li anki fiċ-ċirkostanzi straordinarji li ninsabu fihom, Metsola ħasset li titkellem fuq il-korruzzjoni, il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment li għandu pajjiżna, jinsab fil-quċċata fost l-aqwa fid-dinja fi klassifiċi bħal dawk ta’ Citizenship by Investment u Henley and Partners. Dawn tal-aħħar saħansitra użaw lil Malta bħala eżempju ta’ pajjiż li qed iħaddem programm li jħalli l-frott u li huwa mmexxi b’mod serju u sigur.
Fl-istess ħin li Metsola għażlet li tmur titkellem fuq il-korruzzjoni fl-Ewropa, il-Gvern Malti qed jitkellem mal-istess Unjoni Ewropea fuq il-Libja biex tiġi indirizzata l-krizi tal-immigrazzjoni. Fenomenu li qed ikompli jgħolli rasu u li dwaru hemm bżonn l-għajnuna immedjata tal-Unjoni Ewropea biex ma jintilfux aktar ħajjiet.
Imma għal Metsola kien importanti biss li ssemmi f’dawl ikrah programm li l-flus minnu qed jintużaw b’mod għaqli fil-ġlieda kontra l-COVID-19.
Hija ġiet imċanfra minn Klára Dobrev, Membru Parlamentari Ewropew Ungeriża, li ċanfritha u qaltilha li dejjem l-istess diska, għaliex hekk kif hi qed titkellem kontra pajjiżha, ma tgħid xejn fuq l-Ungerija – fejn għall-aħħar snin irrenjat il-problema tas-saltna tad-dritt u fejn dejjem tiġi mblukkata kull tip ta’ għajnuna għall-problema tal-immigrazzjoni.
Il-MPE Dobrev qalet, “The co-ordinator of EPP Madame Metsola, you were criticising some Governments of answering the questions only in e-mail on the press conferences. I would kindly invite you to a press conference of the Hungarian government where questions cannot be raised by oppositional medias or those medias which are not in the hand of the Fidesz party. We did not receive any information and communication from the Government in the last ten years so if I might say, good morning.”
Biex għal darb oħra, anki fi żmien kriżi globali, l-Ewroparlamentari Nazzjonalista uriet li ma titlifx imqar okkażjoni waħda biex tgħid kontra Malta u titkellem fuq il-korruzzjoni, u anki jekk iwiġbuha u jċanfruha pajjiżi oħra, hija tagħżel biss li tattakka lil Malta.