Roberta Metsola hija l-ewwel waħda li rtirat mit-tellieqa għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
L-ewroparlamentari Nazzjonalista għadha kif iddikjarat li mhux se tikkontesta għal Kap Nazzjonalista.
Metsola daqqet l-irtirata wara li kienet fost dawk li direttament jew indirettament webblu l-membri tal-Kunsill Ġenerali li setgħu joffru isihom.
Fil-fatt il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil kienet qalet lill-kunsilliera li se jtuwhom għażla. Dan sar bil-għan li l-istess kunsilliera jagħżlu elezzjoni u mhux konferma tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, kif fil-fatt il-biċċa l-kbira tagħhom għamlu.
Issa, ladarba lagħbu lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, issa qed idoqqu l-irtirata bil-għan li l-għażla li tingħata lit-tesserati tkun limitata ħafna biex hekk Delia jkollu inqas ċans jirbaħ.
Fil-fatt fuq il-profil tagħha fuq Facebook, Metsola, waħda mill-esponenti ewlenin ta’ Busuttil, qalet li b’aktar minn żewġ kandidati jkompli joħroġ aktar demm, issir aktar ħsara u l-ġrieħi jikbru.
Metsola kienet waħda mid-dsatax-il deputat li sfiduċjat lil Adrian Delia f’laqgħa tal-grupp parlamentari, ix-xahar li għadda.
Fuq Facebook hija kkonfermat li għaddejjin il-laqgħat mill-fazzjoni ta’ kontra Delia, sabiex jaraw minn se joħroġ għal Kap Nazzjonalista bil-għan li jiġi megħlub Delia.