Il-President tal-Parlament Ewropew, u Membru Parlamentari Ewropeja Nazzjonalista, Roberta Metsola ma kkundannax u ħarġet tiddefendi l-attakki li għamel Karol Aquilina fuq l-Ispeaker fil-Parlament.
Metsola għamlet dan f’intervista ta’ erbgħin minuta mar-radju tal-Knisja.
Waqt din l-intervista, Andrew Azzopardi staqsa lil Metsola jekk taqbilx mal-attakki kontinwi tal-Kap de facto Nazzjonalista Karol Aquila fil-konfront tal-Ispeaker Anġlu Farrugia, b’Metsola ppruvat taħrab mill-mistoqsija
Andrew Azzopardi – “Ma taqbilx ma Karol Aquilina li tkellem, li juri pożizzjoni daqshekk qawwija kontra tal-Ispeaker.”
Roberta Metsola – “Li żgur li mhux se nagħmel huwa li naqa fil-politika negattiva tal-Partit Laburista fil-Gvern.”
Roberta Metsola, President tal-Parlament Ewropew
Fil-Parlament, Karol Aquilina fost oħrajn attakka lill-Ispeaker li ma jaħsibx, filwaqt li f’seduta oħra, il-Kap de facto Nazzjonalista Karol Aquilina sfida lill-Ispeaker biex ikeċċih mill-Parlament bil-Pulizija.
“Niddubita kemm taħseb int”
Karol Aquilina, Deputat Nazzjonalista
Iżda għal Metsola dan ma jfisser xejn, għaliex skontha hi taħdem mal-Membri Parlamentari li jaħdmu.
Andrew Azzopardi: “Għandu l-appoġġ tiegħek Karol Aquilina”
Roberta Metsola – “Id-deputati tal-Parlament malti għandhom l-appoġġ tiegħi li jagħmlu xogħolhom”
Roberta Metsola, President tal-Parlament Ewropew
Quddiem il-mozzjoni li tikkundanna l-attakki insensati fuq l-Ispeaker mill-Oppożizzjoni, Roberta Metsola sejħitilha bħala mossa ta’ ironija.
Andrew Azzopardi – “Il-mozzojoni li ressaq il-Partit Laburista fil-konfront ta’ Karol, fil-konfront ta’ Anglu Farrugia, x’ tagħmel inti?”
Roberta Metsola: “Kieku nħares lejn l-ironija.”
Roberta Metsola, President tal-Parlament Ewropew