Hekk kif intlagħbet it-tieni ġurnata tal-kampjonat nazzjonali tan-nisa organizzat mill-Federazzjoni Maltija tal-Blackball, Roberta Cutajar qed tokkupa l-ewwel pożizzjoni fil-klassifika wara li rebħet it-tliet logħbiet li lagħbet.
Cutajar rebħet it-tielet logħba tagħha wara skor ta’ 6-3 kontra Alexia Cassano.
Caroline Grech, li tinsab fit-tieni post, rebħet 6-4 lil Lorna Micallef iżda mbagħad tilfet 6-4 kontra Alexia Cassano.
Anke Ana Thomas u Donna Bugeja qed jaqsmu t-tieni post b’seba’ punti. Thomas kisbet rebħa kontra Marie Claire Dimech 6-3 filwaqt li ġiet draw ta’ 5-5 kontra Vanessa Tedesco.
Min-naħa tagħha, Bugeja kisbet żewġ rebħiet tajbin ta’ 6-1 u 6-2 kontra Triziane Farrugia u Marie Claire Dimech rispettivament.
Min-naħa l-oħra, Lorna Micallef kisbet l-ewwel rebħa tagħha f’dan it-turnament wara skor ta’ 6-2 kontra Triziane Farrugia.
Il-logħob ikompli nhar il-Ġimgħa li ġej fil-Juventus Club Vero Amore meta tintlagħab it-tielet ġurnata.
KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI FEMMINILI TAL-BLACKBALL
Roberta Cutajar 9, Caroline Grech, Ana Thomas, Donna Bugeja 7, Alexia Cassano 6, Lorna Micallef, Triziane Farrugia, Mariee Stiven Gjetaj 3, Vanessa Tedesco 1.