Il-Kardjologu Robert Xuereb ġie maħtur bħala Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi.
Dr Xuereb hu pijunier fil-kardjoloġija f’Malta fejn fil-passat serva bħala President tas-Soċjetà Maltija tal-Kardjoloġija u fis-snin disgħin kien ewlieni fit-twaqqif tal-ewwel servizzi tal-kardjoloġija ta’ intervenzjoni f’Malta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Grazzi għall-ħidma tiegħu f’dan is-settur, pajjiżna issa hu rikonoxxut bħala ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam tal-kura tal-qalb.
Fl-2023 hu ngħata Ġieħ ir-Repubblika mill-President ta’ Malta George Vella.
Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, Jo Etienne Abela, awgura lil Dr Robert Xuereb għar-rwol il-ġdid tiegħu.