Robert Vella nħatar bħala l-uffiċjal Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Awtorità tal-Artijiet.
Din il-ħatra qed isir wara sejħa pubblika maħruġa fl-aħħar tas-sena li għaddiet.
Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri qal li l-Awtorità tal-Artijiet issa għandha twitti t-triq għall-identifikazzjoni ta’ metodi biex tkun żgurata l-effiċjenza tagħha, tnaqqas il-proċeduri burokratiċi bla bżonn u taqdi aħjar lill-pubbliku.
Is-Sur Vella ilu aktar minn 35 sena jaħdem fis-settur pubbliku u jokkupa diversi rwoli fl-Awtorità tal-Ippjanar.
Hu kien involut fi proġetti kapitali ewlenin u għal xi żmien kien stazzjonat fir-Renju Unit bħala parti minn work placement barra mill-pajjiż fid-Dipartiment tal-Ippjanar tal-Kunsill tal-Belt ta’ Southampton.
Is-Sur Vella ggradwa fl-Amministrazzjoni tal-Artijiet (Ippjanar) mill-Università ta’ Malta u wara f’B.Sc fl-Ippjanar Ambjentali (Riġenerazzjoni Urbana) mill-Università Birmingham City fir-Renju Unit. Huwa wkoll membru permanenti tal-Union Professjonisti Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll serva għal 7 snin bħala membru tal-kumitat eżekuttiv.