Robert Micallef huwa t-tieni u l-aħħar kandidat li se jikkontesta l-elezzjoni ta’ President f’ħdan l-MFA f’nofs Marzu li ġej.
Micallef, li fil-mument huwa l-President tal-klabb ta’ Santa Lucia FC, għadda n-nomina tiegħu tard il-Ħadd fil-għaxija hekk kif propju l-Ħadd 25 ta’ Frar kienet l-aħħar ġurnata li wieħed setgħa jikkandida ruħu għal President jew Viċi President f’ħdan l-assoċjazzjoni Maltija tal-futbol.
Mill-informazzjoni li għandu One Sport, matul il-ġimgħa li għaddiet Micallef kien avviċinat min numru ta’ klabbs sabiex jikkandida ruħu għal din l-ogħla pużizzjoni f’ħdan l-MFA, xi ħaġa li l-stess Micallef ikkunsidra sew tant li ħalla għal aħħar sigħat qabel ma’ għamel is-sottomissjoni tiegħu.
Għalhekk għal elezzjoni ta’ President f’ħdan l-MFA se jkunu qedin jikkontestaw l-President attwali Bjorn Vassallo kif ukoll l-President ta’ St. Lucia Robert Micallef.
L-elezzjoni għal President tal-MFA se isir nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Marzu 2024.