Robert Micallef huwa il-president il-ġdid tat-tim ta’ Santa Lucia F.C.
Micallef ser ikun qiegħed jieħu post Martin Agius li għal snin twal mexxa lil Santa Lucia f’diversi diviżjonijiet.
Robert Micallef diġà kien involut fil-kumitat ta’ Santa Lucia u fis-snin ta’ qabel huwa kien ukoll jokkupa l-kariga ta’ President tat-tim ta’ Marsaxlokk FC.
Wara li kienet intemmet l-avventura tiegħu mat-tim ta’ Marsaxlokk, għal xi żmien kien wkoll jifforma parti mil-klan tekniku tat-tim ta’ Hibernians F.C.