Robert Iosif Galambos qed jiġi mfittex mill-Pulizija biex jidher il-Qorti fuq ordni tal-Maġistrat.
Il-Pulizija qed titlob biex kull min għandu xi tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna, ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz ta’ messenger jew fuq il-linji 21224001/119 u jiġi kwotat in-numru 5/2021.