Mara ġiet arrestata wara li allegatament inqabdet qed tipprova tisraq rigali minn taħt is-siġra tal-Milied ta’ Robert De Niro fi New York City.
Il-mara, li hija magħrufa mal-awtoritajiet minħabba bosta arresti relatati ma’ serq preċedenti, daħlet b’mod sfurzat fil-kantina tal-binja fejn kien hemm De Niro.
L-attur ta’ 79 sena niżel minn fuq kif kien, bid-dressing gown, wara li sema’ l-kommossjoni. Għalkemm taħt xokk, kelliem għal De Niro qal li l-attur jinsab tajjeb, u m’għandu ebda kumment x’jagħmel.
L-allegat serq seħħ f’dar li kien qed jikri temporanjament.
Kelliem għall-pulizija ta’ New York qalu li uffiċjali indunaw bil-mara mill-ewwel u segwewha fl-appartament, fejn qabduha fis-salott tipprova tpoġġi r-rigali mis-siġra f’borża minn tagħha.