Robert Brincau se jkun qed jassumi l-irwol ta’ Aġent Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.
Dan wara li l-Kurunell Alexander Dalli ssospenda lilu nnifsu minn Kap Eżekuttiv tal-istess aġenzija.
Brincau kien jmexxi s-servizzi ta’ detenzjoni, u fix-xhur li ilu fl-irwol beda jimplimenta numru ta’ bidliet importanti, b’mod partikolari fl-oqsma tal-ħarsien u s-sigurtà.
Tul il-karriera tiegħu Brincau kiseb esperjenza maniġerjali u serva għal snin twal fis-soċjetà internazzjonali tas-Salib l-Aħmar fejn bħala direttur responsabbli mill-operat tas-soċjetà mexxa numru ta’ operazzjonjiet ta’ emerġenza umanitarja anke barra l-pajjiż.
Il-ħatra ta’ Brincau saret mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri.