Id-deputat Nazzjonalista, Robert Arrigo, ikkonferma li se jkun qed jikkontesta għall-kariga ta’ Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Filwaqt li kienu bosta dawk li ddikjaraw l-interess tagħhom fil-kariga, Robert Arrigo, kien tal-ewwel li kkonferma l-kandidatura tiegħu.
Ma’ The Malta Independent Arrigo qal li l-effetti tal-aħħar elezzjoni ġenerali u s-CV politika tiegħu huma r-raġuni għaliex se jkun qed jikkontesta u tenna li se jinvesti l-150% tal-enerġija u l-ħin tiegħu f’din il-kariga jekk elett.
Qal ukoll li jrid jintroduċi kunċett totalment differenti għal dan l-irwol u jidher li meta mistoqsi ma żbilanċja ruħu lejn l-ebda mill-kontestanti għall-Kap.
Qal li jrid ikun indipendenti għax ma jridx klikka. “Klikka għandha konsegwenzi u m’għandha tkun aċċettata qatt f’partit politiku,” qal Arrigo f’dik li diġa’ tidher battuta ċara lejn persuna oħra li tikkontesta wieħed mid-distretti tiegħu u wkoll se tikkontesta għall-kariga ta’ Viċi-Kap.
Din hi Kristy Debono, li żewġha Jean Pierre Debono lest iċedi s-siġġu lil Adrian Delia basta dan jagħmilha ċara li bih Kap Kristy Debono tkun Viċi-Kap għall-Affarijiet tal-Parlament. Kariga li diġà ddikjara l-interess fiha pubblikament. Biex bit-tellieqa għall-Kap tal-Partit għadha bogħod milli tintemm bdew ukoll it-trikk trakki fuq dik għall-Viċi-Kap tal-Partit. Biex is-sajf 2017 se jibqa’ jkun wieħed sħun għall-Partit Nazzjonalista.
Nies oħra interessati fil-kariga ta’ Viċi-Kap huma Ryan Callus u Clyde Puli.