Il-Viċi-Kap Nazzjonalista Robert Arrigo spiċċa daħal f’nofs il-ġlied li għaddej bħalissa fil-Partit ta’ Adrian Delia hekk kif spiċċa f’nofs diskussjoni taħraq għall-ewro parlamentari li ġew eletti.
Filwaqt li s-sorsi fl-istamperija qalulna li l-kamp ta’ Delia ma ħa xejn pjaċir li ma telax imqar wieħed mill-kandidat tiegħu għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Arrigo saħaq “Metsola vvutalha min ried lil Adrian.”
Dan filwaqt li lil Jean Pierre Debono qallu quddiem kulħadd, “Missek tistħi, iż-żieda li tlabt ma ħadtix?”
Dan b’referenza għall-paga tajba li Debono qed jitħallas wara li kien ċeda s-siġġu lil Delia.
Kien hawn li l-istess sorsi mil-laqgħa taħraq qalulna li mart Debono u deputat parlamentari Kristy Debono qamet biex taqbeż għal żewġha iżda Arrigo f’dadigħa liema bħala bilkemm taha ċans tiftaħ ħalqha u qalilha, “You shut up!”
Intant fil-borma tbaqbaq tal-Partit Nazzjonalista kompla jħawwar is-sitwazzjoni ta’ kriżi d-deputat Jason Azzopardi. Dan wara li fuq facebook kiteb li dawk li suppost jerfgħu responsabbiltà ġew jaqgħu u jqumu filwaqt li dak li ma kellux sehem fit-tfassil tal-istrateġija politika li telfet lill-PN kien responsabbli u rreżenja. Dan b’referenza għar-riżenja ta’ Mark Anthony Sammut minn President tal-Eżekuttiv.