Id-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo ħareġ mit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Dan ħabbruh il-familja tiegħu li qalu wkoll li Arrigo wera sinjali ta’ progress u li issa ġie trasferit f’post differenti tal-isptar biex ikompli jirkupra.
Id-Deputat fil-Kamra tar-Rappreżentanti kien iddaħħal l-isptar fit-3 ta’ Settembru minħabba xi uġigħ iżda mbagħad inżamm l-isptar minħabba infezzjoni fid-demm.
Il-familja tiegħu esprimiet sens ta’ gratitudni lejn it-tobba, l-infermiera kif ukoll il-ħaddiema fi ħdan it-Taqsima għall-Kura Intensiva ta’ xogħolhom.
Dan filwaqt li rringrazzjaw lil kulħadd tal-appoġġ li wrew f’dan iż-żmien.