Id-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo ma laqgħax l-offerta ta’ Adrian Delia sabiex minflok joħroġ għal-kariga ta’ Deputat Kap għall-affarijiet tal-Partit jingħata l-pożizzjoni ta’ teżorier.
Delia jixtieq li Clyde Puli jokkupa din l-imsemmija kariga, filfatt dan kien wieħed miż-żewġ magħżulin tiegħu għall-laqgħa li kellu mal-Prim Ministru fiċ-Centru Nazzjonali Laburista. Deċiżjoni li ma niżlet xejn tajjeb mad-deputati tal-fazzjoni l-oħra tal-PN li tul il-kampanja tal-elezzjoni tal-kap tat is-sosten tagħha lil Chris Said.