Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo talab għar-riżenja tad-deputati Nazzjonalisti li vvutaw kontra Adrian Delia.
Dan għamlu waqt kummenti li ta lill-midja barra d-Dar Ċentrali l-Ħamis filgħaxija ftit mumenti qabel mal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia indirizza konferenza stampa fejn attakka lill-fazzjoni tal-eks-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.
B’hekk Arrigo kompla mal-attakk tremend ta’ Adrian Delia, fejn hu ukoll wera l-bieb ta’ barra lid-deputati nazzjonalisti li sfiduċjaw lill-Kap. Huwa stqarr li dawn is-sbatax-il deputat li sfiduċjaw lill-Kap għandhom jerfgħu r-responsabbiltà ta’ għemilhom u jitilqu mill-Partit Nazzjonalista.