“B’Robert Abela għandna moħħna mistrieħ għal futur sabiħ.”
Sentiment ċar u pożittiv fuq fomm in-nies propju ftit mumenti wara li Robert Abela ħa l-ġurament bħala Prim Ministru ta’ Malta għall-ħames snin li ġejjin.
Baħar ta’ nies ħonoq Pjazza San Ġorġ u t-toroq prinċipali tal-belt kapitali u pjazza Kastilja.
Il-poplu Malti u Għawdxi, b’maġġoranza assoluta, ta fiduċja lill-pjan ambizzjuż li ppreżenta l-Partit Laburista u li issa se jkun qed jiġi implimentat fis-snin li ġejjin.
Crew ta’ ONE News ħa r-reazzjoni ta’ bosta li nġabru fi Pjazza San Ġorġ u anke fi Pjazza Kastija fejn dawn kollha kemm huma qalu li qed iħarsu lejn futur sabiħ.
Oħrajn irringrazzjaw lill-Prim Ministru talli fi żmien ta’ pandemija kien ta’ sostenn għalihom.