Il-Prim Ministru Robert Abela qed iwettaq il-bidla li wiegħed.
Fi stqarrija l-Partit Laburista qal kif huwa l-ewwel Prim Ministru li propona sistema miftuħa u trasparenti ta’ kif jinħatar Kummissarju tal-Pulizija.
Sistema li taħdem u mhux waħda li tant hemm dubji dwarha li l-istess Partit Nazzjonalista li proponiha bidilha tliet darbiet.
Ir-riforma proposta mill-gvern, il-Prim Ministru bdiha b’mod immedjat wara li aċċetta r-riżenja tal-Kummissarju Lawrence Cutajar.
Il-gvern jagħmel il-bidliet meħtieġa, imma mhux vendikazzjonijiet. Għalhekk juża l-ħiliet ta’ persuni diversi fejn l-aħjar jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom.