Il-Prim Ministru Robert Abela nnegozja b’suċċess biex ġab ’il quddiem l-interess ta’ pajjiżna li mhux biss jitkellem dwaru f’Malta, iżda nnegozja dwaru b’suċċess fi Brussell.
Dan intqal mill-Partit Laburista bi tweġiba lill-Partit Nazzjonalista, li ntqal li l-Prim Ministru f’Malta jgħid mod u jagħmel l-oppost fi Brussell.
Iżda l-Partit Laburista sostna li fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, il-Prim Ministru nnegozja klawsoli speċifiċi li jirrispettaw il-Kostituzzjoni u n-newtralità ta’ pajjiżna. Jekk pajjiżi oħrajn iridu jinvestu fl-armi jagħmlu huma, Malta mhux se tagħmel hekk.
Intqal kif dan hu miktub għal darba, darbtejn fil-konklużjonijiet tas-summit.
Il-Partit Laburista sostna x’differenza minn min għandu idu mċappsa bid-demm għax mar jippromwovi gwerra kontra l-poplu Palestinjan, biex imbagħad spiċċa jkeċċi bil-Pulizija u jiċċensura studenti li protestaw dwar hekk.