F’messaġġ li l-Prim Ministru ta’ Spanja Pedro Sanchez bagħat waqt Rally Team Malta huwa faħħar lill-Prim Ministru Malti Robert Abela għat-tmexxija soda tiegħu.
Qal li Robert Abela wera kemm huwa mexxej kbir fl-amministrar tal-pandemija.
Il-Prim Ministru Spanjol qal li Dr Abela mmodernizza l-pajjiż bi ħsieb wieħed, li jġib kwalità ta’ ħajja aħjar liċ-ċittadini Maltin.
Sanchenz qal li Dr Abela ġab l-għaqda u wera koperazzjoni anki fuq livell internazzjonali.
Bħala Prim Ministru ta’ Spanja u anki Mexxej imsieħeb fil-familja tas-Soċjalisti u Demokratiċi, huwa awgura lill-Prim Ministru Malti.