Għall-ħabta tal-11:20am, Dr Robert Abela ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Prim Ministru ta’ Malta għall-ħames snin li ġejjin.
Fis-Sala tal-Ambaxxaturi, ħdejn martu Lydia u bintu Giorgia Mae, Robert Abela ħa l-ġurament ta’ leatà lejn il-Kostituzzjoni Maltija u lejn il-poplu Malti u Għawdxi.
Il-ġurament mogħti mill-President ta’ Malta George Vella ttieħed fil-preżenza tal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, il-Prim Imħallef Dr Mark Chetcuti u l-Avukat tal-Istat Dr Chris Soler.
Preżenti fis-Sala tal-Ambaxxaturi kien hemm il-President Emeritus George Abela u Margaret, missier u omm Robert Abela.
Għall-President Malti dan kien it-tieni ġurament mogħti, hekk kif f’Jannar 2020 Robert Abela kien ħa l-ġurament bħala Prim Ministru.