Id-deputat Laburista Robert Abela ħabbar li se jkun qed jikkontesta għall-kariga ta’ mexxej tal-Partit Laburista.
Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, Dr. Abela qal li b’umiltà qed iwieġeb iva għas-sejħa qawwija tan-nies biex jitfa’ n-nomina għall-mexxej tal-partit.
Robert Abela qal li għad-deċiżjoni li ħa għandu l-appoġġ ta’ familtu.
Hekk kif ħabbar li qed jikkontesta għall-kariga, Dr. Abela saħaq li flimkien se nżommu ħajja l-fjamma li tagħmilna kburin b’pajjiżna u bil-Partit Laburista.