Wara li l-ġurament tal-ħatra bħala Prim Ministru, Dr Robert Abela ħareġ isellem in-nies li nġabru fi Pjazza San Ġorġ, mill-gallarija tal-Palazz tal-President.
Hawnhekk Dr Abela ngħata merbħa mill-isbaħ min-nies preżenti fil-pjazza ta’ quddiem il-Palazz tal-President.
Fil-gallarija tal-Palazz intlaqgħu b’ċapċip kbir mart il-Prim Ministru Lydia Abela u binthom Giorgia Mae.
Flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela kien hemm id-Deputati Mexxejja tal-Partit Laburista Chris Fearne u Daniel Micallef.
Wara li sellem lin-nies, il-Prim Ministru jinsab fi triqtu lejn il-Berġa ta’ Kastilja.