Ta’ kull ġimgħa l-Prim Ministru Robert Abela qed jagħmel laqgħat regolari fil-komunitajiet madwar il-pajjiż.
Il-Prim Ministru Abela qed iterraq fl-ibliet u l-irħula biex jisma’ direttament mingħand in-nies, dwar l-aspirazzjonijiet tagħhom għal pajjiżna.
Mill-Mellieħa sa Wied il-Għajn, fuq il-postijiet tax-xogħol, u fost il-familji, Robert Abela jisma’ kemm jiflaħ.
Mistoqsi fuq ir-radju dwar dawn il-laqgħat il-Prim Ministru wieġeb hekk.
“Hemm bniedem ikun iktar komdu li jkellmek apertament, dwar dak li qed iħassbu, dwar dak li sejjer tajjeb. Hija politika sempliċi, iżda li tagħti riżultati, tajbin ħafna.”
il-Prim Ministru Robert Abela
Dawn iż-żjarat jinkludu aspetti oħra tas-soċjetà, fosthom dawk li jibbażaw fuq il-volontarjat, fosthom it-tagħlim tal-mużika u l-isport.
Hawn il-Prim Ministru ta impenn ċar ta’ appoġġ minn naħa tal-gvern għal din il-ħidma.
Bl-istess mod appoġġ għall-ħidma mal-Kunsilli Lokali fejn il-Prim Ministru jisma’ direttament mingħand ir-rappreżentanti tal-lokalità.