Il-Prim Ministru Robert Abela jgawdi 4 darbiet il-fiduċja li jgawdi Adrian Delia.
Dan ħareġ minn stħarriġ li wettqet il-gazzetta The Times, ippubblikat il-Ħadd filgħodu.
Fl-istess jum stħarriġ mill-gazzetta MaltaToday wkoll ikkonferma kif il-Prim Ministru Robert Abela jgawdi l-fiduċja ta’ 54.5%. Dan meta mqabbel ma’ 17.8% biss għal Adrian Delia.
The Times innutat ukoll kif Adrian Delia jikklassifika biss ir-raba’ meta dawk li rrispondew għall-istħarriġ ġew mistoqsija min huwa idonju li jmexxi l-Partit Nazzjonalista.
Qablu klassifikaw żewġ persuni li saħansittra ma jiffurmawx parti mill-Grupp Parlamentari.
Il-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista Roberta Metsola ukoll klassifikat qabel Adrian Delia biex tmexxi l-Partit f’tal-Pietà b’9%.
Iż-żewġ sondaġġi juru biċ-ċar ukoll kif il-Partit Laburista baqa’ jgawdi fiduċja kbira mal-elettorat Malti u Għawdxi.
Fil-fatt iż-żewġ gazzetti juru distakk ta’ aktar minn 23 punt perċentwal bejn iż-żewġ partiti politiċi.
L-istħarriġ tal-MaltaToday wera kif il-Partit Laburista jgawdi minn fiduċja ta’ 45.9% filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb appoġġ ta’ 21.7%.
L-istess stħarriġ juri wkoll kif il-Partit Laburista jgawdi fiduċja fost l-etajiet kollha u r-reġjuni kollha f’Malta u kif ukoll f’Għawdex.
L-aktar reġjuni li fih kien popolari l-Partit Laburista kien fin-Nofsinhar ta’ Malta b’66.1% segwit mill-gżira Għawdxija b’56.3%.