Il-Prim Ministru Joseph Muscat temm bħala Prim Ministru dak li beda bħala Membru tal-Parlament Ewropew.
Snin ilu Joseph Muscat kien ewlieni fil-Parlament Ewropew bil-għan li t-tariffi tar-roaming jibdew jorħsu bil-għan li xi darba jispiċċaw.
Il-ftehim aħħari, kważi għaxar snin wara, intlaħaq taħt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Dan għax il-Presidenza Maltija poġġiet it-tmiem tar-roaming bħala waħda mill-prijoritajiet.
Ara intervista hawn taħt meta Joseph Muscat beda din il-kampanja fil-Parlament Ewropew.