703 atleti minn madwar id-dinja inklużi ġganti fil-weightlifting bħall Awstralja, New Zealand, Nauru, Kiribati, il-Finlandja, Kanada, L-Afrika t’isfel kif ukoll Malta fost oħrajn ħadu sehem fit-Tournament Internazzjonali tal-Weightlifting ELEIKO Email International fejn Yasmin Zammit Stevens spiċċat fl-ewwel post fil-kategorija ta 69 kilo minn total ta’ 51 atleta fil-grupp tagħha.
Wara li spiċċat fil-4 post f’dan l-istess kampjonat is-sena li għaddiet, Zammit Stevens irnexxiela terġa tistabbilixxi riżultat tajjeb din is-sena billi spiċċat fil-quċċata b’total ta’ 185kg. Hija kienet segwita minn, Lovett ta New Zealand b’7 kilo anqas u t-tielet post Abouke minn Nauru b’10kilo anqas.
Riżultati rispettabbli oħra minn dan it-turnament ġew minn Elisia Scicluna li kkompettit fil-kategorija ta 90kilo fejn spiċċat fil-raba post minn total ta’ 30 atleti. Tenishia Thorton ta 12-il sena, li tiżen biss f’41.7kilo spiċċat fit-8 post fil-kategorija ta’ 48 kilo wara atleti mill-Awstralja, Nauru, Solomon, New Zealand u Guam.
Atleta ġdida fid-dinja tal-weightlifting, iżda definittivament atleta ta suċċess hija, Roberta Tabone li akwistat l-10 post fil-kategorija ta’ 69kilo b’total ta’ 164kilo. Tabone, li normalment hija aktar magħruf għall-prestazzjoni tagħha f’kompetizzjonijiet crossfit, dan l-aħħar inaqdet ukoll fid-dinja tal-weightlifting u urit li hija atleta promittenti bil-prestazzjonijiet tagħha.
Il-Klabb Cougars minn Autsralia rebaħ il-kompetizzjoni ġenerali tal-Kladds, segwit mill-klabb Taborio minn Kiribati u l-klabb Rocks minn Nauru. L-aqwa riżultat mil-klabb ta Malta ġie mill-Alpha Weightlifting klabb fil sezzjoni nisa fejn spiċċaw fil-11-il post fost 43 klabb b’total ta 67 punt.