Il-bank HSBC Malta kiseb riżultati rekord tul is-sena li għaddiet, filwaqt li ddikjara l-ogħla dividend f’għaxar snin u aċċellera l-pjan ta’ investiment.
F’konferenza li saret fil-binja l-ġdida u rinnovata f’Ħal Qormi, parti mill-investiment ta’ tletin miljun ewro mill-istess bank f’pajjiżna, ġie spjegat li l-HSBC għamel tkabbir qawwi fid-dħul tat-tliet negozji globali tiegħu, appoġġjat minn żieda fid-dħul nett mill-imgħax, li ppermettewlu jwassal l-aħjar riżultati fuq l-ekwità f’aktar minn għaxar snin.
Il-qligħ irrappurtat ta’ qabel it-taxxa kien ta’ aktar minn mija u tlieta u tletin miljun ewro, li jfisser żieda ta’ aktar minn tmienja u sebgħin miljun ewro.
Fl-istess waqt, id-depożiti tal-klijenti żdiedu bi tlieta fil-mija, ekwivalenti għal aktar minn mija u sebgħin miljun ewro, xprunati minn żieda fid-depożiti kummerċjali.
Il-Kap Eżekuttiv tal-HSBC innota kif minkejja inċertezzi internazzjonali, li qed iwasslu għal żieda fl-inflazzjoni per eżempju, il-bank xorta jinsab pożittiv dwar il-prospetti f’pajjiżna, speċjalment għax is-settur turistiku rkupra malajr ħafna.
“HSBC is positive on Malta. There is a strong economic growth, a dynamic market, also a strong labour market, and different trends which are favourable to Malta, and that’s why we’re accelerating our investment and we’re positive on the future.”
Fil-fatt, huwa kompla jispjega li frott ir-riżultati rekord u pożittivi li kiseb il-bank f’Malta s-sena l-oħra, l-HSBC f’pajjiżna jista’ jaċċellera l-investiment li għaddej bih.
Dan l-investiment, ta’ tletin miljun ewro, mhux biss qed jara rinnovar totali tal-binja ewlenija tal-HSBC f’Ħal Qormi, iżda qed joħloq mudell ta’ sostenibbiltà li kumpaniji oħrajn jistgħu jsegwu – tant li qed issir riċerka mill-Università ta’ Malta dwar dan.
“We’re investing in our people, so we just signed a multi-year collective agreement to recognize that people are the core to deliver customer service excellence. We’re also investing in replacing all our ATMs, improving our digital propositions for the benefit of customers, and also our Head Office where we are today, which is our new headquarters or Malta which is a thirty-million-euro investment.”