Valletta FC u Balzan FC ilbieraħ kisbu riżultati pożittivi hekk kif iż-żewġ timijiet kienu fl-azzjoni fl-ewwel leg tat-tieni rawnd tal-UEFA Ewropa League.
Balzan FC għelbu lil Slovan Bratislava 2 – 1. Balzan fil-vantaġġ wara 16-il minuta grazzi għal Bojan Kaljevic u fis-67 minuta għamluhom tnejn grazzi għal Uros Ljubomirac. L-avversarji naqsu d-distakk fl-74 minuta grazzi għas-sostitut Vukan Savicevic.
Il-logħba tar-ritorn tintlagħab fit-2 ta’ Awwissu u r-rebbieħ jaffaċċja lil Rapid Wien tal-Awstrija fit-tielet rawnd tal-kompetizzjoni.
Minn naħa l-oħra goal fl-aħħar ta’ Mario Fontanella kien biżżejjed biex Valletta FC iġibu d-draw barra minn Malta kontra HSK Zrinjski Mostar.
Wara taqsima mingħajr gowls, it-tim mill-Bosnia marru fil-vantaġġ fil-50 minuta permezz ta’ Nemanja Bilbija b’Fontanella jġib id-draw għall-Beltin fil-90 minuta.
It-tieni leg tintlagħab fl-istadium taċ-Ċentinarju nhar il-Ħamis li ġej.
Ritratt: Peter Paul Borg