Professjonisti u studenti Maltin fl-industrija tal-ospitalità, fosthom studenti mill-Istitut tal-Istudji Turistiċi, kisbu riżultati eċċezzjonali f’żewġ avvenimenti internazzjonali, fejn rebħu premijiet u midajli prestiġjużi.
Ftit tal-ġimgħat ilu, fil-Kroazja, parteċipanti Maltin ħadu sehem fil-festival internazzjonali kulinarju “Pearl of the Sea”. Hawnhekk il-Maltin rebħu tmien midalji tad-deheb u waħda tal-fidda.
Dan filwaqt li student oħra kisbet l-ewwel post fil-kompetizzjoni Pastry f’Bologna, l-Italja.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għat-Turiżmu Ian Borg iltaqa’ ma’ dawn l-istudenti u ħaddiema li ppreżentaw lil pajjiżna.
Dr Borg faħħar il-parteċipanti għar-riżultati li kisbu. Sostna li l-Gvern impenjat li jkompli jinvesti fil-ħarsien u l-iżvilupp tal-gastronomija Maltija biex nattiraw aktar turisti ta’ kwalità.
Intant, id-Deputat Prim Ministru ltaqa’ wkoll ma’ sidien u maniġers ta’ lukandi u ristoranti lokali li riċentament żaru akkademja fi Franza għal sessjoni ta’ taħriġ speċjalizzat dwar it-tmexxija u l-istrateġija.
