Fit-tieni ġurnata ta’ logħob mill-Kampjonat Ewropew tal-Blackball li qed isir fil-lukanda Dolmen, diversi timijiet Maltin kienu fl-azzjoni fejn kellna riżultati mħallta. It-tim tal-irġiel A kiseb rebħa tajba ta’ 16-9 kontra Wales. Il-plejers Maltin ikkontrollaw tajjeb il-logħba sabiex ir-rebħa qatt ma kienet fid-dubju. Illejla huma se jkunu fl-azzjoni kontra Katalunja.
Kellna rebħa oħra tajba ta’ 13-12 mill-Malta Grandmasters kontra l-Franza filwaqt li t-tim ta’ taħt il-15-il sena safa’ megħlub 12-3 kontra l-Irlanda ta’ Fuq.
F’logħba ferm interessanti u inċerta sal-aħħar, it-tim femminili tal-Irlanda għeleb lin-nisa Maltin 14-11.
Illejla jidħlu fl-azzjoni t-timijiet tal-Men’s B li se jilagħbu kontra l-Belġju, Wales u l-Iskozja.
(Aġġornament sal-16:00)