Hekk kif bħalissa qed jintlagħbu l-kampjonati dinjija tal-blackball fil-belt franċiża ta’ Albi, il-plejers Maltin qed ikollhom riżultati mħallta f’kull kategorija li qed jikkompetu fiha.
Fil- kampjonat dinji tal-blackball li qed jizvolġi f’Albi Franza , il-plejers maltin kellhom riżultati imħallta f’kull kategorija li qed jikkompetu.
Fl-aħħar riżultati li kellna, fl-Under 18 doubles, Norbert Desira u Steve Muscat rebħu 3-0 kontra Carlson/Loury għalkemm wara tilfu kontra l-koppja Valente/Bergues.
Nick Matthias Muscat/Matthias Debono tilfu 3-1 kontra Leborgne/Jolly.
Fid-doubles tas-seniors, Ivan Rizzo u Jeffrey Farrugia rebħu kontra l-koppja Reynolds/Weeks 3-1 għalkemm tilfu kontra l-Iskoċċiżi 4-0.
Stephen Mangion u Christopher Demicoli tilfu 3-2 kontra Henderson/Chung 3-2.
Fil-fażi tal-aħħar sittax, Owen Amato/Leon Azzopardi rebħu 4-0 kontra Dunster/Boyle.
Lydan Debono u Clint Azzopardi rebħu d-dwell kollu Malti kontra Mevric Zammit u Clayton Castaldi 4-3.
Fil-kwarti tal-finali, Owen Amato u Leon Azzopardi rebħu kontra Shields u McNamara tal-Ingilterra 4-3.
Sadanittant iċ-champions renjanti ta’ din il-kategorija Clint Azzopardi u Lydan Debono għelbu lil Carney/Aisi tal-Ingilterra 4-3 wara li saħansitra kienu 3-0 minn taħt.
Finalment Lee Grima u Jesmond Schembri tilfu kontra l-koppja Franċiża Pilat u Fernandes 4-3.
Jake u Chaylon Castaldi rebħu l-kwarti tal-finali tagħhom fid-doubles wara li eliminaw lill-koppja Ingliża Heaney u McLalan 3-2.