Kontinġent mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Archery ħa sehem f’żewġ kompetizzjonijiet internazzjonali bejn it-18 ta’ Ottubru u l-4 ta’ Novembru. It-tim intagħżel fil-bidu tas-sajf permezz ta’ training intensiv li serva ta’ preparazzjoni għal dawn il-kompetizzjonijiet. It-tim Malti ipparteċipa fi tlett kategoriji li huma Compound Men b’Daniel Schembri, Patrick Zammit u Ryan Zammit; Recurve Women b’Michelle Abela; Recurve Junior Men b’Jeremy Bartolo. John Schembri kien il-Head Coach.
F’Messkirch, il-Ġermanja, it-tim kellu rizultati tajba hekk kif Daniel Schembri ġab 559, Patrick Zammit 557 u Ryan Zammit ġab 542. Michelle Abela (b’ 548) u Jeremy Bartolo (b’ 493) ġew fl-ewwel u t-tieni post fil-kategoriji rispettivi tagħhom.
Għaxar t’ijiem wara, f’Ċipru, it-tim kellu jispara f’kundizzjonijiet ta’ riħ ferm diffiċli u qalb kompetizzjoni qawwija. It-tim tal-Compound mar tajjeb ħafna bir-rebħ tat-tieni post fil-Compound Men Team Event u r-rebħ tat-tielet post fir-Recurve Mixed Event. Fl-isparar individwali, Ryan Zammit rebaħ lis-seed numru wieħed tat-tournament.
Wara dawn ir-rizultati miksuba, l-assoċjazzjoni Maltija tal-Archery tinsab sodisfatta ħafna bil-pjan li ġie addottat fir-rigward tal-preparazzjoni ta’ l-atleti tagħha u l-esperjenzi li dawn qed jieħdu bil-parteċipazzjoni f’tournaments internazzjonali.