Testijiet fuq mediċina ġdida kontra l-COVID-19 kellhom riżultati inkoraġġanti.
Huwa mifhum illi din il-mediċina waslet fi stadju avvanzat. Il-mediċina Molnupiravir għaddiet minn diversi testijiet u studju jindika li din il-mediċina kapaċi twaqqaf l-virus tal-COVID-19 milli jirreplika.
Infatti dan l-istudju wera li wara li ttieħdu żewġ pilloli għal ħames darbiet kuljum ma nstabux traċċi tal-COVID-19.
L-istudju wera wkoll li persuna li kienet qed tieħu din il-mediċina, fieqet ħafna aktar malajr meta mqabbel ma’ dawk li ma kinux qed jieħdu din il-mediċina.
Fi stqarrija li ħarġet din il-kumpanija tal-farmaċewtika sostniet li minkejja dawn l-indikazzjonijiet pożittivi wieħed xorta għandu jibqa’ kawt u appellat sabiex xorta tibqa’ tintlibes il-maskra, tinżamm id-distanza soċjali u jitlaqqmu aktar nies kontra l-COVID-19.